Internazzjonali

L-Istati Uniti fost il-potenzi tad-dinja li lesti jgħinu lil-Libja jarma għal kontra l-ISIS

A Libyan military soldier fires his weapon during clashes with Islamic extremist militias in Benghazi, Libya, Thursday, Oct. 30, 2014. Government troops entered central Benghazi Wednesday after nearly 10 days of fighting Islamic extremist militias, a military spokesman said, in violence that killed dozens of people and forced hundreds of families to flee. (AP Photo/Mohammed el-Sheikhy)

L-Istati Uniti u potenzi oħra tad-dinja qalu li lesti jgħinu lill-Gvern Libjan għall-għaqda nazzjonali jarma biex ikun jista’ jikkumbatti lit-terroristi tal-Istat Iżlamiku fil-Libja.

Meta tkellem fl-Awstrija, is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry qal li l-potenzi għandhom jappoġġjaw lil-Libja biex tkun eżenti minn embargo tal-armi, stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti.

Kerry għamilha ċara li l-ISIS hu theddida ġdida għal-Libja, filwaqt li nsista li t-terroristi jridu jkunu kkontrollati. Il-Gvern għall-għaqda nazzjonali fil-Libja diġà wissa li l-ISIS jista’ jaħtaf il-parti l-kbira tal-pajjiż jekk ma jwaqqfuhx.

Fi kliem Kerry, dan il-Gvern hu l-uniku mezz li jista’ jgħaqqad lil-Libjani biex flimkien jegħlbu lill-Istat Iżlamiku.