Internazzjonali

L-Italja: Isibu barracks ta’ żmien ir-Rumani fil-Belt Eterna

Ħaddiema f’Ruma, li kienu għaddejjin b’xogħol ta’ skavar għal sistema ġdida tal-metro, sabu kumpless ta’ barracks kbir mill-era tar-Rumani u li jingħad imur lura għat-Tieni Seklu Wara Kristu, meta Ruma kienet amministrata mill-Imperatur Hadrian.

Is-sejba tant hi impressjonanti li l-Italja qed taħseb biex twaqqaf l-ewwel ‘stazzjon arkeoloġiku’ ta’ Ruma f’Amba Aradam – it-tielet metro line fil-Belt Eterna.

L-istazzjon ġdid qed jinbena waqt li l-arkeoloġisti qed inaddfu l-mosajk u biċċiet oħra ta’ valur storiku li nstabu ġo fond ta’ disa’ metri. Il-fdalijiet tal-barracks, li qed jidhru imprezzabbli, ikopru zona ta’ xi 900 metru kwadri.