Lokali

Barranin li xtraw iċ-ċittadinanza ingħataw il-vot bi prattiċi korrotti

Evidenza li għandu f’idejh il-PN turi li mill-inqas 100 barrani li xtara ċ-ċittadinanza permezz tal-IIP ingħata d-dritt tal-vot mingħajr ma kien eleġibbli u bi “prattiċi korrotti”. F’xi każi, l-applikanti li xtraw il-passaport lanqas biss qattgħu s-sitt xhur rikjesti mil-liġi biex jieħdu l-vot.

Il-PN preżenta din l-informazzjoni waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u mid-Direttur tal-Elcom Matthew Mangion.

PIX PC BEPPE

Beppe Fenech Adami qal illi dan hu ksur ċar tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. “Il-Partit Laburista fil-Gvern, filwaqt li kull ma jmur qiegħed jitlef il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi, qiegħed jirrikorri għal prattiċi korrotti biex ibagħbas il-proċess elettorali għal gwadann tiegħu”.

Fost in-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni li spiċċaw bil-vot hemm dawk Ċiniżi, Russi, Sirja-ni, Pakistani, u mill-Ażerbajġan. F’dan id-dawl, Beppe Fenech Adami ħabbar li l-Partit Naz-zjonalista se jkun qed imur fil-Qrati Maltin biex jassigura li fl-elezzjoni ġenerali jivvota min tassew għandu dritt għall-vot, u mhux barranin li minkejja li xtraw il-passaport Malti, ma jgħixux f’pajjiżna, u għaldaqstant, m’għandhomx id-dritt li jivvutaw.

Minn naħa tiegħu, Matthew Mangion spjega li l-proċess biex jiġi żvelat dan l-iskandlu ma kienx wieħed faċli, iżda kien proċess li jinvolvi siegħat twal ta’ riċerka.