Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk (ritratt) ikkritika kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tal-Unjoni Ewropea li għadda fi tmiem il-ġimgħa l-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson, li kien qal li l-Unjoni Ewropea qed tadotta atteġġjament simili għal tad-dittatur Nażista Adolf Hitler.
Dwar dan, Tusk widdeb lill-eks Sindku u qal li ma setax jibqa’ sieket fiċ-ċirkostanzi. Waqt li kien qed jitkellem fil-kapitali Daniża Kopenħagen, Tusk qal li bi kliemu, Johnson qabeż kull limitu fejn jidħol id-dibattitu politiku aċċettabbli.
Boris Johnson hu attivist prinċipali biex ir-Renju Unit jivvota ħalli joħroġ mill-Unjoni Ewropea fir-Referendum li se jsir ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>