Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Spanjol Vicente Del Bosque ħalla barra lill-attakant ta’ Chelsea Diego Costa, il-midfielder ta’ Manchester United Juan Mata u l-midfielder ta’ Arsenal Santi Cazorla mill-lista preliminari ta’ 25 plejer għall-Kampjonati Ewropej ta’ dan is-Sajf.
L-attakant ta’ Chelsea tilef il-forma fl-ewwel parti tal-istaġun b’staġun diffiċli għal Blues, iżda spiċċa b’total ta’ 16-il gowl fil-kompetizzjonijiet kollha. Iżda minflok, Del Bosque pprefera lil Alvaro Morata, Aritz Aduriz u Nolito. L-attakant l-ieħor Fernando Torres li ma’ Atletico Madrid donnu reġa’ sab il-forma tal-passat, naqas ukoll milli jkun inkluż.
Juan Mata lagħab aktar minn 50 partita għat-tim ta’ van Gaal, u kien wieħed mill-aħjar plejers għar-Red Devils dan l-istaġun. Minn naħa l-oħra minbarra Cazorla, sieħbu fit-tim Hector Bellerin kien mgħajjat biss mal-lista tar-riserva. Bellerin kellu staġun tajjeb mal-Gunners, iżda l-kowċ Spanjol għażel lil Juanfran u Dani Carvajal bħala l-għażliet tiegħu fuq in-naħa leminija tad-difiża.
L-iskwadra preliminari hi:
Gowlkipers: Iker Casillas, David De Gea, Sergio Rico
Difensuri: Sergio Ramos, Gerard Pique, Daniel Carvajal, Jordi Alba, Marc Bartra, Cesar Azpilicueta, Mikiel San Jose, Juanfran
Midfielders: Bruno Soriano, Sergio Busquets, Koke, Thiago Alcantara, Andres Iniesta, Isco, David Silva, Pedro Rodriguez, Cesc Fabregas, Saul
Attakanti: Aritz Aduriz, Nolito, Alvaro Morata, Lucas Vazquez
//= $special ?>