L-ebda kanzunetta li pparteċipat fil-Eurovision tal-2016, ma setgħet titkanta qabel Settembru tal-2015.
Iżda allegazzjonijiet li qed jiġru madwar l-Ewropa jsostnu li l-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision kisret ir-regoli peress li tkantat sena ilu fil-pubbliku.
Allegatament filmat li tefa’ xi ħadd fuq Youtube juri lil Jamala tkanta l-kanzunetta fit-18 ta’ Mejju 2015. Il-kanzunetta hi kemxejn differenti pero’ xorta hemm ċans li kisret ir-regola li ma tistax titkanta qabel l-1 ta’ Settembru 2015.
Jekk din l-akkuża hi vera, dan imur kontra r-regoli tal-EBU.
Fiċ-ċirkustanza li l-allegazzjoni tiġi ppruvata, dan ifisser li l-kanzunetta tal-Ukraina li rebħet il-festival suppost ġiet skwalifikata u anqas biss tħalliet tieħu sehem.
//= $special ?>