Anzjana ta’ 78 sena qed ssofri minn ġrieħi gravi meta dalgħodu ntlaqtet minn karozza fi Triq Vincenzo Bugeja il-Floriana.
Jirriżulta li għall-ħabta tal-10:15a.m. l-anzjana ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli waqt li dan kien qed jirriversja.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>

