Sport Sport Ieħor

Futsal: Daqqa ta’ ħarta għal Valletta lejliet il-finali

Il-Kummissarju tal-Bord tad-Dixxiplina ssospenda diversi plejers ta’ Valletta Futsal lejliet it-tielet finali għar-rebħ tal-kampjonat tal-Futsal li l-Beltin se jilagħbu għada kontra Ħamrun Spartans.

Fit-tieni finali Valletta kienu rebħu 7-6 biex sfurzaw it-tielet u l-aħħar finali, iżda eżatt mat-tisfira finali nqalgħu xi argumenti bejn iż-żewġ timijiet.

Il-gowlkiper Neil Cuschieri u Josef Borg ġew sospiżi tliet logħbiet, Shawn Vella ġie sospiż total ta’ seba’ logħbiet, Xavier Saliba ġie sospiż tmien logħbiet filwaqt li l-uffiċjal Joseph Borg ġie sospiż żewġ logħbiet. Il-President ta’ Valletta Dassier Borg ġie sospiż sena.

Għal Ħamrun ġie sospiż Raphina Ortiz de Oliveira ġie sospiż erba’ partiti.