It-tielet u l-aħħar finali li kellha tintlagħab għada bejn Valletta u Ħamrun ġiet posposta wara l-inċidenti li nqalgħu fl-aħħar tal-partita l-ġimgħa l-oħra u li wasslet biex illum il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda numru ta’ plejers mit-tim ta’ Valletta.
Il-kawża tal-posponiment tal-logħba, hi li Valletta se jappellaw mis-sospensjonijiet filwaqt li tonqos il-klima bejn iż-żewġ timijiet u ż-żewġ naħat tal-partitarji. Id-data ta’ meta se tintlagħab il-logħba għad trid tiġi deċiża.
//= $special ?>