Matul is-sena 2014, l-ammont f’tax credits li jibbenefikaw minnha l-kumpaniji, kien anqas mis-sena ta’ qabel u ħafna anqas mis-sena 2012.
Dan jirriżulta minn risposta li ngħatat fil-Parlament mill-Minsitru tal-Finanzi Edward Scicluna għal mistoqsija tax-Shadow Minister Claudio Grech, li staqsa dwar kemm tħallsu f’tax credits lill-kumpaniji mill-2004 sal-2015, sena b’sena.
Jirriżulta li fl-aħħar sena li tagħha l-Gvern għandu l-informazzjoni kollha miġbura, l-2014, il-Gvern ħallas f’tax credits is-somma ta’ €34,365,033, waqt li s-sena ta’ qabel, fl-2013, is-somma f’tax credits kienet ta’ €40,207,928 – differenza ta’ aktar minn €5.8 miljun.
Meta paragunat mas-sena 2012, l-ammont li bbenefikaw minnu l-kumpaniji f’tax credits kien ħafna aktar, meta t-total ta’ flus f’tax credits li ngħataw kien laħħaq is-soma ta’ €50,015,291 – differenza ta’ €15.6 miljun.
Fl-2011, id-differenza kienet akbar meta f’dik is-sena l-ammont f’tax credits kien ilaħħaq €51,602,151 – li jfisser li llum l-ammont hu ħafna anqas b’madwar €17.2 miljun.
L-aħħar sena li fiha kien ingħata anqas minn dak li ngħata f’tax credits fl-2014, kien fis-sena 2009, meta f’dik is-sena l-ammont kien laħħaq €32,642,148 – is-sena li fiha kienet fl-għeqqel tagħha l-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-informazzjoni għas-sena 2015 għadha mhix disponibbli.
//= $special ?>