Il-Partit Laburista, permezz tal-media u l-kelliema tiegħu f’konferenza tal-aħbarijiet, qed ikompli bil-kampanja ddisprata tiegħu li jiddevja l-attenzjoni mill-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Il-Partit Nazzjonalista f’isem id-Deputat Nazzjonalista Tony Abela saħaq li “Fl-aħħar attentat iddisprat, issa daru fuqi u fetħu attakk fuqi. Iżda bħal ta’ qablu, anki dan l-attakk huwa bla sens u bla bażi. Dan għaliex l-istorja kontrija hija storja riċiklata minn bosta snin ilu.”
Id-Deptut Nazzjonalista kompli li “Il-kumpanija li qed issir referenza għaliha mill-Partit Laburista ilha ma topera mill-1994, ilha abbandunata mill-1999 u saħanstira hemm talba bil-miktub li titħassar mir-reġistru tal-MFSA sa mit-23 ta’ Frar tal-2006.”
Il-Partit Laburista tant jinsab daru mal-ħajt li spiċċa jirriċikla stejjer ta’ snin ilu, bl-iskop uniku li jiprova jħammeġ lil min ma jaqbilx miegħu.
//= $special ?>