Illejla, f’’Basel fl-Iżvizzera, tintlagħab il-finali tal-Europa League bejn il-holders Sevilla u Liverpool.
Dawn tal-aħħar se jkunu qed jippruvaw iwaqqfu d-dominju ta’ Sevilla f’din il-kompetizzjoni. It-tim Spanjol rebaħ dawn l-aħħar żewġ edizzjonijiet b’mod konsekuttiv. Staġun ilu t-tim immexxi minn Unai Emery rebaħ il-finali bi skor ta’ 3-2 kontra Dnipro Dnipropetrovsk tal-Ukrajna filwaqt li sena qabel, jiġifieri fl-2014, kellhom sfida aktar denja mingħand Benfica li żammewhom draw 0-0 u l-logħba kellha tiġi deċiża bil-penalties. Kien hawn fejn Sevilla rebħu 4-2.
B’kollox Sevilla rebħu din il-kompetizzjoni erba’ darbiet filwaqt li Liverpool, flimkien ma’ timijiet bħal ma huma dawk ta’ Inter u Juventus, rebħuha tliet darbiet. Minkejja li rebħuah tliet darbiet, Liverpool għadhom ma rebħux il-kompetizzjoni sa minn meta bdiet tissejaħ Europa League. Fil-fatt, l-aħħar suċċess tagħhom wasal fl-istaġun 2000-01 meta dakinhar ir-Reds kienu rebġu 5-4 wara l-ħin barrani fil-finali kontra Alaves.
Min jirbaħ illejla jikseb id-dritt li f’Awwissu li ġej jikkontesta l-finali tal-UEFA Super Cup kontra r-rebbieħ taċ-Champions League, jiġifieri Real Madrid jew Atletico Madrid. Barra minn hekk it-tim rebbieħ jikseb aċċess għall-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.
//= $special ?>