Lokali

Konferma li Muscat ma ħa ebda deċiżjoni fil-konfront ta’ Konrad Mizzi

Bil-kummenti li għadda llum dwar dewmien ieħor fil-Power Station ta’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi kkonferma li Muscat ma ħa ebda deċiżjoni fil-konfront tiegħu, għaliex hu għadu l-Ministru tal-Enerġija.

Wara xahrejn jiddefendi lil Konrad Mizzi, Joseph Muscat taparsi għamel reshuffle. Il-farsa ta’ dakinhar ġiet ikkonfermata llum mill-istess Konrad Mizzi, li bla ma ddejjaq xejn, ippreżenta lilu nnifsu għaż-żjara mal-Prim Ministru tal-Montenegro, bħala l-Ministru tal-Enerġija.

Joseph Muscat dgħajjef wisq u l-fatt li ma ħa ebda deċiżjoni kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri, li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama kemm ilhom fil-poter, tikkonferma li hu kompliċi magħhom.