Il-Human Rights Watch (HRW) akkużat lill-ISIS li wetqet eżekuzzjonijiet ta’ ħafna Libjani fil-belt ta’ Sirte u li dan kien jikkostitwixxi reati tal-gwerra.
Il-HRW qalet li apparti hekk l-ISIS ikkawżat ħafna tbatija fuq il-poplu Libjan billi żvijat l-aċċess għal ikel, mediċini, fuel u flus għar-residenti ta’Sirte.
L-ISIS ilhom jokkupaw Sirte minn Frar tal-2015.
Rapport tal-HRW qal li tal-anqas 49 persuna nqatlu minn membri tal-ISIS f’dan il-port wara li kienu akkużati, fost l-oħrajn, li insulentaw l-Iżlam, spjunaġġ jew li kienu sħaħar.
Ir-rapport tal-HRW, ibbażat fuq intervisti ma’ residenti tal-belt, iddeskrivew ix-xena ta’ qtugħ tar-ras tal-vittmi tal-ISIS kif ukoll kruċifissjonijiet fit-toroq.
Barra minn hekk, irġiel kienu jiġu msawta brutalment fit-toroq jekk jinqabdu jpejpu, jisimgħu l-mużika jew li ħuthom nisa jew marthom ikunu mgħottija kif suppost minn rashom sa saqajhom.
Ir-rapport ta’ 41 paġna jgħid ukoll li l-ISIS f’Sirte jidħlu u jieħdu li jridu mid-djar ta’ dawk li jqisu għedewwa tagħhom u għalqu dawk il-ħwienet li jbiegħu affarijiet li jmorru kontra l-interpretazzjoni tagħhom tal-Iżlam.
Agħfas il-link għar-rapport tal-HRW
//= $special ?>