Eġizzjan li jgħix Malta u li kien se jivjaġġa lejn it-Turkija, nstab li fuqu kellu mal-€20,000 fi flus kontanti. Konsegwenza ta’ dan l-uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta kellhom jikkonfiskaw nofs is-somma li kellu fuqu l-Eġizzjan li għandu 40 sena.
Ir-raġel li kien qed jivjaġġa lejn it-Turkija fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, saritlu tfittxija għalgħarrieda, mill-uffiċjali tas-sigurta’. Hemm instab li kien qed iġorr mal-€20,000 kontanti minkejja li hu qal li kellu fuqu ftit aktar minn €8,000. L-uffiċjali tad-dwana kellhom jikkonfiskawlu mal-€10,000.
Il-Pulizija mill-ewwel kienu nfurmati b’dan il-każ.
Minn naħa tiegħu l-Eġizzjan qal li ma kienx jaf li kellu jiddikjara l-flus u li l-flus ma kinux kollha tiegħu imma ta’ sitt sajjied oħra li wkoll huma Eġizzjani.
Ir-raġel qed jinżamm arresstat hekk kif m’għandux indirizz fiss.
//= $special ?>