Baħri Filippin, ilbieraħ filgħaxija ddaħħal l-isptar Mater Dei wara li tniggeż minn ħuta velenuża.
Kien vapur irreġistrat Malta, li waqt li kien 13-il mil mawtiku ‘l barra mill-kosta ta’ Malta, talab l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-baħri ġie ttrasferit min fuq il-vapur lejn il-bażi navali tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Xatt it-Tiben u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
//= $special ?>