Kollox qed jindika li l-ajruplan tal-Egyptair li tilef il-kuntatt mar-radar matul il-lejl fi triqtu lejn il-Kajr, iġġarraf fil-Mediterran.
Il-President Franċiż Francois Holland kien l-ewwel wieħed illi irrefera għal dan il-każ bħala “każ ta’ ajruplan li iġġarraf”.
Fi żviluppi ġodda, il-Ministru tad-Difiża Grieg Kammenos kien kwotat jgħid illi qabel l-ajruplan ħareġ miz-zona tal-ajru Griega, l-Egyptair ġie innutat jagħmel movimenti strambi ħafna lejn ix-xellug u l-lemin. Jirriżulta li l-movimenti kienu estremi, tant li l-ajruplan dar dawra mejt qabel spiċċa ħareġ mir-radar.
Hollande minn naħa tiegħu sostna illi “irridu nagħmlu minn kollox biex insibu l-fdalijiet ta’ dan l-ajruplan”.
Intant, il-ġurnal Le Figaro qed jirrapporta illi l-Pulizija f’Pariġi qed tinvestiga lill-ħaddiema tal-ground handling fl-ajruport ta’ Charles de Gaulle.
//= $special ?>