Lokali

FILMAT: Il-proposti tal-PN milqugħa b’mod pożittiv mill-imsieħba soċjali

L-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv id-Dokument bi proposti għal soluzzjonijiet immedjati għat-traffiku, ippreżentat mill-Partit Nazzjonalista.

L-imsieħba soċjali mhux biss ikkummentaw pożittivament dwar il-proposti, iżda wkoll dwar il-fatt li mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed iressaq proposti konkreti.

Fil-laqgħa mal-imsieħba soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil enfażizza li l-Partit Nazzjonalista hu determinat ikompli jippubblika dokumenti bi proposti għal politika alternattiva.

NETnews tkellem mal-imsieħba soċjali dwar il-proposti mressqa mill-Partit Nazzjonalista: Kevin Camilleri mill-GWU, Andrew Agius Muscat mill-MHRA u Joe Farrugia mill-MEA. Nisimgħu.

Prezentazzjoni Trasport-7914