Lokali

‘Ġnien il-Qari’ – bl-għan li jqarreb lit-tfal lejn in-natura

‘Ġnien il-Qari’ ġnien bil-għan li jqarreb lit-tfal lejn in-natura.

Bis-saħħa tal-inizjattiva tal-istudenti u l-għalliema tal-Iskola Sekondarja tal-Blata l-Bajda li tifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca, din l-iskola issa għandha ġnien għall-qari li nħoloq taħt il-programm Dinja Waħda.

Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ dan il-ġnien, l-istudenti għamlu preżentazzjoni dwar kif ħolqu l-ġnien. Il-ġnien hu mifrux fuq spazju ta’ 200 metru kwadru fil-grawnds tal-iskola, b’seating għal zona ddedikata għall-qari li tista’ tintuża mill-iskola kollha.

‘Ġnien il-Qari’ kien inawgurat dalgħodu mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, mill-Prinċipal tal-Kulleġġ James Camilleri u mill-Kap tal-Iskola Emile Vassallo fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’ BirdLife Malta

Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Ministru Bartolo qassam ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lill-istudenti u l-għalliema tagħhom.