Internazzjonali

IL-KAŻ TAL-EGYPTAIR: “Għadu kmieni biex ngħidu x’ġara eżatt” – il-PM Eġizzjan

Il-Prim Ministru Eġizzjan Sherif Ismail għadu ma ta l-ebda dettalji dwar dan il-każ delikat li żviluppa dalgħodu, fejn sa issa għadna ma nafux x’seħħ mill-ajruplan tal-Egyptair. Sherif kien kwotat jgħid illi l-awtoritajiet ma jafux eżatt x’ġara.

Meta indirizza lill-ġurnalisti fl-ajruport tal-Kajr, Ismail qal li għadu kmieni wisq biex jitkellem.

Konferenza tal-aħbarijiet hija skedata fis-1pm.

Intant, diversi bastimenti li jinsabu barra l-kosta Eġizzjana (ritratt) bħalissa qed jgħinu fit-tfittxijiet għal dawk li jistgħu ikunu fdalijiet tal-ajruplan li għeb għal kollox minn fuq ir-radar kmieni dalgħodu.