Il-bieraħ il-Kummissjoni Ewropea ppublikat rakkomandazzjonijiet għal Malta fejn jidħol tħassib ekonomiku u fiskali għal pajjiżna.
Fost l-affarijiet li semmiet il-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha, fil-konfront ta’ Malta hemm li l-miri li stabilixxa l-gvern dwar id-defiċit ta’ pajjiżna huma f’riskju kbir li ma jitlaħqux, li hemm spiża kbira u li qed tiżdied b’rata mgħaġġla f’dak li hu nfiq pubbliku u li qed jikber aktar minn kif inhu previst il-Prodott Domestiku Grosss ta’ pajjiżna, li entitajiet tal-gvern huma sors ta’ riskju għall-baġit tal-pajjiż, li l-investiment f’pajjiżna hu inqas minn dak antiċipat-minbarra dak fuq skala kbira, li Malta għadha l-bogħod milli tilħaq il-miri tal-UE għall-2020 fejn jidħol il-faqar u anke li m’għandniex strateġija ta’ trasport effiċjenti.
Dawn il-punti kienu spjegati wkoll mill-Viċi Kap tal-PN u Shadow Minister għall-Finanzi Mario De Marco, fi stqarrija f’isem il-Partit Nazzjonalista, fejn qal li l-Kummissjoni Ewropea saħansitra ħarġet numru ta’ rakkomandazzjonijiet fiskali li jkun aħjar għal Malta li taddotta.
Fl-istqarrija Mario De Marco qal li li r-rapport tal-KE jikkontradixxi dak li jgħid Gvern Laburista li jsotsni li d-defiċit hu taħt kontroll. Qal wkoll li l-pożizzjoni li ħadet il-KE hi l-istess waħda li ilha ssostni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Dik li l-gvern jikontrolla l-infieq tiegħu għaliex jista’ jkun hemm effetti negattivi ekonomiċi u anke fiskali, kif fil-fatt wissiet issa l-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>