Ingliż li kien abbord l-ajruplan li ġġarraf dalgħodu, l-ajruplan tal-EgyptAir, tat-tip Airbus A320, għadu kif sar missier għat-tieni darba propju 3 ġimgħat ilu.
Missier il-passiġġier saħaq li ibnu, Richard Osman, sar missier għat-tieni darba fis-27 ta’ April li għadda.
Osman, ġeoloġista, kien sejjer l-Eġittu fuq xogħol. Missieru, saħaq li għadu ma jistax jemmen dak li ġara.
“Richard kien verament ferħan bit-twelid tat-tieni tifla, u issa ftit ġimgħat wara. m’għadux magħna, din hija tassew traġedja.” – saħaq missier Richard.
//= $special ?>