Raġel ta’ 40 sena imwieled is-Sudan u residenti ingħata l-liberta’ bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena wara li ammetta li offenda l-pudur wara li neża’ għarwien u beda jżomm il-parti tiegħu fil-pubbliku. Hu kien immultat ukoll €50 mill-Maġistrat Neville Camilleri.
Filwaqt li Bushra Found Bakhit Comi ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, l-Avukat tal-għajnuna legali argumentat li l-akkużat sofra ferita minn arma tan-nar meta kien għadu f’pajjiżu u b’riżultat ta’ dan, hu għandu paraliżi parzjali li taffetwa kif jimxi, kif ukoll għandu problemi ta’ inkontinenza. Kien għalhekk li fetaħ ħwejjġu u beda jżomm il-parti tiegħu sabiex ma taħrablux l-awrina u jekk taħrablu ma jħammiġx ħwejjġu meta kien fuq il-karozza tal-linja. Għaldaqstant ma kienx hemm l-element intenzjonali tar-reat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Nikolai Sant filwaqt li l-akkużat kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Leontine Calleja.
//= $special ?>