Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando kien ordnat iħallas €1,000 f’danni wara li nstab ħati ta’ libell fil-konfront tal-Avukati Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia.
F’April tal-2013, ftit wara l-elezzjoni ġenerali, Jeffrey Pullicino Orlando tella post fuq Facebook li fiha allega li “r-raġel tal-blogger Daphne Caruana Galizia u l-opinjonista Andrew Borg Cardona ħadu kuntratt ta’ €542,280 għas-servizzi tagħhom mid-Dipartiment tal-Kuntratti ġimgħatejn biss qabel l-elezzjoni ġenerali.” Allegazzjoni li ġiet miċħuda miż-żewġ avukati.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, innutat li l-kuntratt ingħata lil Evolve Limited u l-kumpanija BCGL Services Ltd li fiha huma nvoluti l-avukati, kellhom sehem minoritarju bħala kumpanija ta’ servizzi fiduċjarji għan-nom ta’ ħaddieħor. Jirriżulta wkoll li Peter Caruana Galizia huwa company secretary ta’ Evolve Limited u għaldaqstant hi kariga amministrattiva u mhux involut fit-tmexxija u l-operat ta’ tali kumpanija.
Il-Qorti ddikjarat li mhux minnu li r-rikorrenti ingħataw kuntratt kif allegat minn Pullicino Orlando li ġie aċċettat minn Pullicino Orlando stess li neħħa l-kumment.
Il-Qorti m’aċċettatx id-difiża ta’ Pullicino Orlando li hu kien qed jagħmel kumment politiku, fejn qalet li l-avukati m’humiex politiċi u li d-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni mhux liċenzja biex tħammeġ ir-reputazzjoni ta’ ħaddieħor
//= $special ?>