Libjan ta’ 25 sena dalgħodu tressaq quddiem il-Qorti akkużat li, mingħajr il-ħsieb li joqtol jew li jpoġġi l-ħajja f’preiklu ċar, ikkaġuna feriti gravi fuq Libjan ieħor waqt ġlieda.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu barra l-Uffiċċju tas-Sigurta’ Soċjali fi Triq Dingli f’Tas-Sliema meta nqala’ argument bejn l-akkużat Almalloshi Mohamed Abdolqasim u Libjan ieħor Walid Elawej fejn allegatament sofra grif f’wiċċu wara li qala’ daqqiet ta’ ponn mingħand l-akkużat li kellu ċwievet f’idu.
L-Argument jidher li nqala’ minħabba diżgwid politiku b’riżultat tal-fazzjonijiet differenti li qed imexxu l-Libja bħalissa.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Neville Farrugia laqgħet it-talba tad-Difiża għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Hu kien imwissi wkoll biex jersaqx lejn l-allegat vittma u ma jipprovax jikkomunika bl-ebda mod ma’ kwalunkwe xhieda li se tressaq il-Prosekuzzjoni.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley waqt li l-akkużat kien assistit mill-Avukat Roberto Montalto.
//= $special ?>