Lokali

Mhux veru li l-Kunsill ta’ Tas-Sliema se jneħħi l-playing field ta’ ħdejn it-Torri

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema jikkundanna u jiċħad bl-aktar mod kategoriku l-artiklu li ġie ppublikat fuq il-portal tal-aħbarijiet tal-GWU, fejn intqal illi b’xi mod il-Kunsill se jneħħi ġnien u post ta’ rikreazzjoni għall-familji fil-lokalita’.

Il-Kunsill Lokali ssottometta applikazzjoni mal-MEPA għal permess sabiex kun jista’ jibni parkeġġ taħt l-art li se jakkomoda madwar 180 karozza u fuq dan il-parkeġġ ser jerġa’ jinbena playground bl-aktar faċilitajiet moderni, sabiex jitgawda mill-familji tal-lokalita’.

Dan il-parkeġġ, se jservi ukoll, biex matul ix-xhur tas-Sajf, titnaqqas ferm il-konġestjoni li tinħoloq fil-parkeġġ miftuħ li hemm bħalissa fiz-zona tal-Exiles, fejn saħansitra numru ta’ vetturi qed jiġu pparkjati fuq il-blat tal-bajja li tinsab taħt it-Torri.

Għaldaqstant il-Kunsill jinnota’ li fit-titlu ta’ dan l-imsemmi artiklu, u l-informazzjoni li nghatat hija żbaljata.

F’kummenti lil dan is-sit, il-Kunsill innota illi għandu dmir lejn ir-residenti biex jipproteġi u jhares il-postijiet publiċi u qatt m’huwa ser jidħol ghal progett bi flus tal-poplu biex ikun ta’ detriment f’lokalita’ li fiha kien u għadu isir sfregju kontinwu ta’ bini u żvilupp.