Marco Pannella, il-kap u fundatur tal-Partit Radikali Taljan, miet fi klinika ta’ Ruma, fl-età ta’ 86 sena, bl-aħbar toħroġ ftit jiem biss wara għeluq sninu.
Pannella, li l-karriera politika tiegħu damet aktar minn 60 sena, qatt ma żamm lura mill-kontroversja. Dan meta l-Partit Radikali, taħt it-tmexxija tiegħu, kien involut f’numru ta’ kwistjonijiet jaħarqu li kienu assoċjati, fost oħrajn, mal-abort, l-ewtanasja, il-legalizzazzjoni tad-droga u d-divorzju.
Marco Pannella, li fl-aħħar ta’ ħajtu kien qed ibati bi problemi tas-saħħa, kien magħruf ukoll għal dimostrazzjonijiet favur id-drittijiet ċivili u kontra l-faqar. Kien hemm ukoll drabi fejn hu impenja ruħu għal strajkijiet tal-ġuh biex jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu.
//= $special ?>