Internazzjonali

MILL-AJRUPORT TAL-KAJR: Erba’ membri tal-istess familja fuq l-Egyptair

Abbord l-ajruplan tal-Egyptair li s’issa ma nafux x’sar minnu, hemm żgur erba’ persuni li huma membri tal-istess familja.

Dan ikkonfermah ġurnalist tal-BBC li bħalissa jinsab fl-ajruport tal-Kajr (ritratt) u li qed isegwi mill-qrib dak kollu li qed jiġri. Fejn fost l-oħrajn qed jaslu l-qraba tal-passiġġieri li kien hemm fuq din it-titjira li telqet minn Pariġi.

Intant, fi stqarrija maħruġa mill-Airbus ftit tal-ħin ilu, intqal illi l-ajruplan tal-Egyptair qata’ kull kuntatt mar-radar għall-ħabta tas-2:30am.