Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Ġermaniż ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident li seħħ fi Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar stess.

Kien għall-ħabta tal-10.45am li s-sewwieq tal-mutur, tat-tip BMW u li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Mosta, sab ma’ wiċċu vettura li min-naħa l-oħra tat-triq jidher li għamlet u-turn.

Is-sewwieq tal-mutur ma rnexxielux jevita l-impatt mal-vettura, ukoll tat-tip BMW, bil-konsegwenza li l-mutur spiċċa taħt il-vettura u s-sewwieq tal-mutur mixħut mal-art. Il-vettura kienet qed tinstaq minn Ċiniż residenti San Pawl il-Baħar ukoll.

Għal xi ħin, it-triq fid-direzzjoni tal-Mosta kellha tingħalaq għat-traffiku waqt li membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex ineħħu l-periklu minħabba ammont ta’ żejt li nxtered mal-art.

(Ritratti: Matthew Mamo / Roberto Runza)

incident mutur