Wara kważi 20 sena, il-cabin crew nisa tal-Alitalia se jibdew jilbsu l-aħmar. Dan bħala parti minn proċess ta’ rinnovament li se jidħol fis-seħħ minn Lulju.
Bħala parti mill-uniformi l-ġdida, jirritornaw l-ingwanti u l-kappell ispirat mill-għelieqi imtarrġa taċ-Cinque Terre.
L-uniformijiet saru mill-istilista Ettore Bilotta li ddisinja ukoll dawk tal-linja Etihad.
L-Alitalia iffirmat ftehim inizjali biex tixtri l-Airmalta, liema ftehim mistenni jidħol fis-seħħ minn Lulju. Sal-ġimgħa li għaddiet, kienu għadhom ma bdew l-ebda laqgħat mal-unions dwar dawn l-iżviluppi importanti għal-linja nazzjonali Maltija.
//= $special ?>