Lokali

ESKLUSSIVA: Prova jidħol Malta b’karozza misruqa li tiswa’ €140,000

Żagħżugħ Libjan ta’ 22 sena ġie arrestat fil-port ta’ Pozzallo waqt li kien qed jipprova jaqsam lejn Malta b’karozza misruqa. Il-Libjan ġie arrestat qabel tela’ fuq il-Katamaran b’Land Rover li għandha valur ta’ €140,000 bi pjanċi tal-iżvizzera.

Iż-żagħżugħ huwa Abdulmalik Bashir Musa, residenti fil-Provinċja ta’ Milan.

Kienu l-Pulizija ta’ Sqallija li waqfu lil-Libjan meta innutawh f’din il-karozza lussuża. Il-Pulizija kienu fil-post f’numri kbar għaliex kellhom informazzjoni dwar persuni suspettużi li kienu se jaħarbu lejn Malta bil-Katamaran.

Meta ġie arrestat, iż-żagħżugħ qal li hu kien qed iwassal din il-vettura lussuża lil persuni f’Malta illi xtrawha. U allura, il-Land Rover ma kinitx tiegħu.

Il-Libjan għadu miżmum arrestat f’Ragusa.