Kultura

Festa ta’ Inbid u Ikel Malti f’Ħal Għaxaq.

Fi Pjazza Santu Rokku f’Ħal Għaxaq se titella’ Maltese Food & Wine Festival, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju.

Waqt dan il-Festival ser ikun hemm varjeta kbira ta’ platters b’ikel tipikament Malti fosthom laħam taż-żiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet t’ Għawdex, zalzett tal-malti, mqaret u ħafna iktar. Dawk kollha li jattendu ha jkollhom għażla sħiħa ta’ ikel min fejn jagħżlu fejn zgur li se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-ikel kollu servut se jkun ikel Malti.

Attivita oħra ser tkun Wine and Olive Oil Tasting fejn ser jinżammu sessjonijiet ta madwar siegħa fejn dawk interessati jkunu jistgħu jduqu tipi differenti ta’ nbejjed u kif ukoll żejt taż-żebbuġa manifatturat lokalment.

Din l-attivita’ se tibda mis-7 ta’ filgħaxija u se titella permezz tal-Għaqda Mużikali San Guzepp ta’ Ħal Għaxaq flimkien mall-produtturi Għawdxin Ta’ Mena Estate.

Dan il-festival ser jittella’ ġimgħa qabel il-festa ta’ San Ġuzepp li se tiġi iċċelebrata f’Ħal Għaxaq.

Għal aktar informazzjoni tistgħu titħlu fuq il-paġna ta’ facebook ‘Maltese Food & Wine Festival’.