Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara nirien li żviluppaw fuq dgħajsa f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-8:45am fuq id-dgħajsa li kienet sorġuta fix-Xatt ta’ Tigne’. Flimkien mal-Maltin kien hemm Marokkin li flimkien kienu qegħdin jagħmlu xi xogħol ta’ tiswija fuq il-magna tal-istess dgħajsa. Għal xi raġuni meta ppruvaw jixgħelu l-magna, ħarġet fjamma bil-konsegwenza li ż-żewġt irġiel sfaw feruti.
Il-Malti ta’ 26 sena huwa miż-Żurrieq, filwaqt li l-Marokkin, li għandu 45 sena, huwa residenti ż-Żejtun. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jiġu kkurati għall-ġrieħi li sofrew.
Iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li l-Malti sofra ġrieħi gravi u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-Marokkin qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li infetħet inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>