Lokali Parlament

“Il-Parlament għandu jiċċensura direttament lil Keith Schembri” – il-PN

Il-Parlament għandu jiċċensura direttament lil Keith Schembri. Hekk stqarr il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ mozzjoni li tressqet dalgħodu, u li hija intiża biex tinbidel id-deċiżjoni tal-ispeaker.

Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni tgħid li r-Ruling tal-iSpeaker li ngħata fis-seduta ta’ nhar l-Erbgħa għandu jiġi rivedut, u jsir rapport fuqu mill-Kamra. Dak ir-rapport ghadu jitniżżel fil-minuti tal-proċeduri tal-Kamra.

Il-Partit Nazzjonalista qal illi huwa inaċċettabbli illi f’temp ta’ ftit snin, jintużaw ‘two weights, and two measures’ fil-konfront ta’ persuni differenti. Hekk ġara fil-Parlament din il-ġimgħa meta tressqet il-mozzjoni ta’ ċensura, li nbidlet biex saret mozzjoni ta’ ċensura kontra l-Prim Ministru flok mozzjoni ta’ ċensura kontra Keith Schembri.

Iżda kif spjega il-Partit Nazzjonalista, fil-każ ta’ Richard Cachia Caruana, kienet tressqet mozzjoni direttament kontrih.

Il-mozzjoni ta’ dalgħodu kienet preżentata mid-Deputat Francis Zammit Dimech u mill-Whip David Agius.