Lokali

Iqaċċat ġiżirana minn ma’ għonq mara u jaħrab biha

Diversi persuni li kienu fi Fleur de Lys dalgħodu assistew għal serqa fid-dawl tax-xemx minn żagħżugħ li ħarab jiġri b’ġiżirana ta’ mara. Dan wara li qaċtilha l-ġiżirana minn ma’ għonqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am biswit il-Knisja ta’ Fleur de Lys.

F’dak il-ħin, il-mara kienet bil-carrier qed tagħmel ix-xirja tal-ġurnata.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.