Ftit tal-ħin ilu, għall-habta tal-11am, il-media Egizzjana irrappurtat illi jista’ jkun instabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Egyptair madwar 290km ‘il barra minn Lixandra. Iżda dan ma kienx konfermat b’mod indipendenti.
Il-bieraħ filgħaxija kienu diġa’ ħarġu rapporti li instab l-ajruplan li ġġarraf fil-Mediterran. Iżda dan kien miċħud ftit tal-ħin wara.
B’hekk, dan il-misteru tal-Egyptair jibqa’ imdawwar b’aktar konfużjoni dwar kif spiċċat din it-titjira minn Pariġi lejn il-Kajr.
//= $special ?>