Fuq diversi media internazzjonali qed jiġi rappurtat li ftit minuti qabel ma għeb l-ajruplan, kien hemm twissijiet ta’ duħħan fil-kabina tal-ajruplan tal-passiġġieri Egyptair. Jidher li d-duħħan beda mit-toilet u fis-sitema tal-elettriku tal-ajruplan. Iżda s’issa għad m’hemmx konferma uffiċjali ta’ din l-informazzjoni.
Ilbieraħ kien rappurtat li nstabu l-ewwel fdalijiet mill-ajruplan u wkoll instabu biċċiet minn iġsma ta’ persuni maħsuba li keinu fuq l-ajrupan Airbus A320 li ġġarraf il-Ħamis.
Sa issa l-esperti m’huma jeskludu xejn fost oħrajn il-possibiltà ta’ attakk terroristiku.
//= $special ?>