Għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu fi Triq San Ġorġ f’Paceville seħħ argument bejn erba’ rġiel u uffiċjali tas-sigurta’ fi stabbiliment tad-divertiment.
Jirriżulta li 30 minuta wara l-ġlieda, l-irġiel marru lura Paceville viċin l-istabbiliment armati bi xwabel tas-samuraj biex ipattuha lill-bouncers.
Ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ, li sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post, seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji.


