Il-biraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23.15, kienet imsejħa l-assistenza tal-pulizija fi Triq id-Duluri fil-Pieta.
Jidher li Surġent tal-Pulizija li kien off-duty innota żewġ persuni li kien qegħdin jisgassaw bieb ta’ residenza. Kien hawnhekk li s-Surġent tal-Pulizija intervjena mmedjatament u waqqafhom.
Aktar tard, iż-żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun. Iż-żewġ persuni arrestati huma, mara ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar u ġuvni ta’ 19-il sena.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin
//= $special ?>