Waqt it-tnedija tal-kampanja tiegħu għall-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona kompla bis-sensiela ta’ skużi u ġustifikazzjonijiet dwar id-diskors militanti tiegħu b’attakk dirett fuq il-Partit Nazzjonalista, fejn kien qal: “Li jekk se ttuna bis-sejf, se ntukom bil-mannara”.
Iżda meta mistoqsi mill-ġurnalisti waqt it-tnedija tal-kampanja tiegħu fil-Baċir numru wieħed f’Bormla – Chris Cardona qal li hu uża dak il-kliem bħala ‘self-defence’.
Mistoqsi dwar l-imġieba taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, b’mod partikolari meta għal din l-elezzjoni interna qed jemfasizza fuq l-etika u l-istandard fil-politika, Chris Cardona wieġeb li Keith Schembri għandu kariga ta’ fiduċja mill-Prim Ministru Joseph Muscat, u għaldaqstant ma jaqax taħt il-ġudizzju tiegħu. Hu stqarr li Keith Schembri hu impjegat tal-Gvern u m’għandux rabta mal-Partit Laburista.
Anke dwar Konrad Mizzi, Cardona kien xott fit-tweġibiet tiegħu meta mitoqsi għall-kumment dwar ir-responsabilta’ politika li għandu jerfa’ Konrad Mizzi, hu qal li l-eks Deputat Mexxej Laburista żbalja, u li kieku ma kienx ħa dan l-iżball kieku lanqas qed issir din l-elezzjoni fil-Partit Laburista.
//= $special ?>

