Internazzjonali

Kriżi ta’ għargħar fis-Sri Lanka

epa05319574 Displaced Sri Lankan residents try to cross the raging flood waters at Sedawatte in the suburbs of Colombo, Sri Lanka, 20 May 2016. According to Sri Lanka's Disaster Management Center (DMC), 20 people have been confirmed dead in the landslides in Kegalle district and 17 others have been killed in other parts of the country due to floods and electrocution. EPA/M.A.PUSHPA KUMARA

Il-poplu fis-Sri Lanka, bħalissa, qed jiffaċċja kriżi kbira ta’ għargħar wara l-akbar ħalbiet tax-xita f’dan il-pajjiż għal kwart ta’ seklu.

Is-Srilankani fil-belt kapitali ta’ Kolombo, fil-preżent, qegħdin jużaw iċ-ċattri u d-dinghies biex joħorġu mill-kwartieri li ġarrbu l-agħar effetti tal-għargħar. Dan waqt li uffiċjali lokali kkonfermaw li madwar nofs-miljun ruħ kienu kostretti li jaħarbu mir-residenzi tagħhom madwar is-Sri Lanka.

Il-maltemp fis-Sri Lanka kkaġuna wkoll il-valangi tat-tajn b’riżultati kastrofiċi u meta jafu li mietu aktar minn sittin b’kaġun tal-elementi. In-numru tal-vittmi mistenni jitla’ sew meta ammont kbir ta’ Srilankani għadhom irrappurtati nieqsa.

Ħafna nies li kellhom jaħarbu minn djarhom sabu kenn fix-xelters, b’uffiċjali qegħdin joħorġu appelli għal ilma nadif, ikel u ħteġiet bażiċi oħra bħala forom ta’ għajnuna.