F’jum dinji għall-komunikazzjoni, l-Arċisqof Charles Scicluna organizza laqgħa informali ma’ preżentaturi tat-televixin u ġurnalisti abbord il-bastiment tal-MOAS – ‘Migration Offshore Aid Station’.
Il-MOAS hi organizazzjoni li topera missjonijiet ta’ salvataġġ minn Malta, fejn issalva eluf ta’ ħajjiet li jaffrontaw il-periklu tal-mewt jkunu qegħdin jaqsmu l-baħar tal-Mediterran bl-għan li jsibu ħajja aħjar u aktar dinjituża.
Fi kliem l-Arċisqof Scicluna, bħal ma’ l-Papa Franġisku żar il-gżira ta’ Lesbos u xtaqt iwassal il-messaġġ ta’ ħniena mad-dinja kollha, hekk ukoll kien l-għan ta’ din l-attivita’ – sabiex il-media jlaqqaha ma’ din l-operazzjoni ta’ salvataġġ li topera l-MOAS u li biha jkunu jistgħu jwasslu l-messaġġ u jagħrfu lill-poplu Malti dwar din il-ħidma tant nobbli.
L-Arċisqof qal li l-poplu Malti għandu kultura ta’ kompassjoni, u li minkejja hi diffiċli ħafna li tilqa’ lill-barrani minħabba qatt ma tista’ tkun żgur minn persuna li ma tafux, il-poplu Malti dejjem kellu qalbu kbira u għen.
Christopher Catrambone, l-fundatur tal-organizazzjoni MOAS, stqarr li l-bastiment Phoenix jagħti impressjoni lil kull min ikun abbord jifhem il-passjoni li jgħaddu minnhom in-nies li jiġu salvati f’nofs ta’ baħar, u titgħallem tħares lejn dawn il-barranin bħala nies u mhux bħala numri jew il-kulur tagħhom. Fatt interessanti li stqarr hu, li mill-madwar tlettax-il elf persuna li ġiet salvata minn dan il-bastiment, ħadd ma tilef ħajtu abbord.
//= $special ?>

