Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama ikkritika lill-Kungress Amerikan talli dan ma appoġġjax it-talba tiegħu għal fond ta’ 1.9 biljun dollaru li jgħin il-ġlieda kontra l-virus taz-Zika.
Obama wissa li l-Istati Uniti tista’ tiffaċċja problemi akbar konnessi mal-virus li qed jinfirex, meta l-aħħar statistika turi li kważi 300 nisa tqal fl-Istati Uniti ttestjaw pożittiv għaz-Zika.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat il-virus taz-Zika bħala emerġenza għas-saħħa pubblika fuq livell globali. Dan meta jaħsbu li l-virus, li hu trasmess min-nemus u l-kuntatti sesswali, jikkaġuna difetti serji fit-trabi li jitwieldu.
//= $special ?>