L-awtoritajiet inkarigati mit-tfittxija għall-Airbus tal-Egyptair li għeb, nhar il-Ħamis, waqt titjira bejn Pariġi u l-Kajr, qed jistennew li jtellgħu aktar materjal mill-Mediterran li jista’ jgħin l-investigazzjonijiet dwar it-traġedja li fiha x’aktarx li tilfu ħajjithom 66 persuna.
Fil-fatt, il-militar tal-Eġittu ħareġ ritratti ta’ oġġetti rkuprati mill-baħar waqt it-tfittxija u li jinkludu numru ta’ life vests, partijiet ta’ sedili u oġġetti oħra li juru l-logo tal-linja Egyptair.
Rapporti oħra preċedenti indikaw ukoll is-sejba ta’ fdalijiet umani flimkien ma’ numru ta’ oġġetti personali, fil-Mediterran, li jidhru li kienu tal-passiġġieri mitlufa.
//= $special ?>