Numru ta’ bliet fil-Kosta Rika spiċċaw koperti bil-ġmied wara l-iżbroff ta’ vulkan fiċ-ċentru tal-pajjiż. Dan waqt li mijiet ta’ nies ingħataw trattament l-isptar għal problemi tan-nifs u effetti oħra, wara li telgħet pjuma ta’ ġmied u dħaħen f’għoli ta’ 3,000 metru.
Is-sitwazzjoni wasslet għall-għeluq tal-iskejjel waqt li tħassru xi titjiriet lejn il-Kosta Rika, b’titjiriet oħra ikunu diretti għal fuq rotot oħra.
Ir-residenti f’ San Jose, il-kapitali tal-Kosta Rika, qalu li l-ġmied mill-Vulkan Turrailba għatta numru kbir ta’ bini u karozzi fl-inħawi, waqt li ddominat riħa ta’ materjal sulfuriku madwar zona kbira.
Il-Kummissjoni għall-Emerġenzi Nazzjonali fil-Kosta Rika wissiet lin-nies biex jilbsu l-maskri tal-wiċċ u ilbies oħxon biex jipproteġu l-pulmun u l-ġilda, f’dawn iċ-ċirkustanzi.
//= $special ?>