Internazzjonali

Esperimenti mill-ISIS fuq il-priġunieri f’Mosul

Nies li ħarbu minn Mosul, l-ikbar belt f’idejn l-ISIS fl-Iraq, qalu li l-ISIS kien ċaqlaq it-tagħmir għall-produzzjoni tal-armi kimiċi lejn iz-zoni fejn hemm ħafna nies. Dan biex jevitaw kemm jista’ jkun li jispiċċaw fil-mira ta’ attakki mill-ajru.
Apparti hekk intqal li l-ISIS kien qed jesperimenta l-armi kimiċi li qed jipprova jibni fuq il-priġunieri li għandu.
Residenti ta’ al-Mohandseen, zona ta’ Mosul fejn kienu jgħixu l-Insara, qalu li l-ISIS issa kien okkupa diversi djar fiz-zona u qed jispikkaw il-klieb u annimali oħra mejta fl-iskart li qed jintrema minnhom. Barra minn hekk, jirriżulta li fil-ħabs ta’ al-Andalus qed isiru esperimenti tal-gassijiet velenużi fuq il-priġunieri li hemm miżmuma hemmhekk.
Residenti fl-inħawi tal-ħabs qed jilmentaw ukoll li qed ikollhom diffikultà biex jieħdu n-nifs u t-tfal qed jiżviluppaw problemi fil-ġilda.