Internazzjonali

Il-kapitali tal-Costa Rica tinkesa bl-irmied

Ħafna residenti ta’ San Josè, il-kapitali tal-Costa Rica, kellhom ifittxu kura medika, hekk kif il-belt inksiet irmied u duħħan mill-vulkan Turrialba, li jinsab 30 kilometru bogħod.
Residenti tal-kapitali, apparti l-irmied u duħħan mill-vulkan, iridu jħabbtu wiċċhom anki ma’ riħa qawwija ta’ kubrit. Ħafna nies qed imorru fl-isptarijiet minħabba problemi bin-nifs u irritazzjoni qawwija tal-ġilda.
L-awtoritajiet qed iwissu n-nies biex jilbsu l-maskri għan-nifs kif ukoll ilbies issikkat biex jevitaw l-irmied.
Esperti qalu li jidher li dan hu l-aktar żbroff qawwi tal-vulkan Turrialba f’dawn l-aħħar sitt snin u r-riħ kien qed iwaddab id-duħħan u l-irmied lejn iz-zoni tal-inħawi fejn jgħixu l-aktar nies.
Minħabba din is-sitwazzjoni, xi skejjel se jinżammu magħluqa filwaqt li xi titjiriet lejn San Josè qed jintbagħtu lejn ajruporti oħra.