Lokali

Il-mument, In-Nazzjon u Net TV rebbieħa ta’ tliet awards

Ilbieraħ filgħaxija saret is-26 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards fil-Lukanda The Palace, tas-Sliema organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Il-fotografu Roberto Runza flimkien ma’ Frank Psaila u Robert Cremona f’isem il-gazzetta il-mument rebħu l-kategorija tal-ġurnaliżmu barra minn Malta sponsorjata minn Brittania Tours b’xogħol ġurnalistiku marbut mal-attakki terroristiċi f’Pariġi, il-ħarba tar-refuġjati Sirjani lejn l-Ungerija u l-ħajja tal-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent.

Minbarra dan l-award, Roberto Runza rebaħ it-tieni award fil-kategorija tal-Ġurnaliżmu Fotografiku sponsorjat mill-Fondazzjoni Farsons b’ritratti pubblikati fil-gazzetti il-mument u In-Nazzjon.

Christian Micallef f’isem NET TV rebaħ l-award fil-kategorija Ġurnaliżmu Mxandar Sports sponsorjata mill-Fond għall-Kawżi Ġusti.