Wara xhur ta’ silenzju quddiem l-iskandlu tal-Panama Papers, issa jitkellem Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Jospeh Muscat u jiddikjara li hu mhux se jassumi responsabbiltà politika dwar l-evidenza ppubblikata fl-iskandlu tal-Panama Papers.
L-artiklu, miktub minn Keith Schembri u li kein ippubblikat fuq il-gazzetti The Malta Independent on Sunday u The Sunday Times of Malta hu msejjaħ ‘Setting the record straight’, iżda fih, Keith Schembri jitkellem fuq kollox minbarra l-involviment tiegħu fil-Panama Papers.
Minflok sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, iċ-ċhief of staff tal-Prim Ministru għażel li jesprimi l-pożizzjoni tiegħu f’artiklu fil-gazzetti, li fih prova jpoġġi l-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama fil-kuntest tas-settur imprenditorjali Malti waqt li sostna li hu dejjem kien negozjant li fittex l-opportunitajiet u jieħu r-riskji biex jibdilhom f’opportunitajiet ta’suċċess.
Fl-artiklu tiegħu, Keith Schembri attakka lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt li tkellem dwar is-servizz lejn il-pajjiż. Hu ddikjara li qed jagħti dan is-servizz mingħajr ma jistenna gratitudni jew xi ħaga lura.
//= $special ?>

