Raġel ta’ 39 sena kien arrestat wara li nqabad bid-droga. Hu kien daħal ‘one way’ fi Triq San Kristofru l-Belt għall-ħabta tat-2.45 ta’ filgħodu, meta l-Pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda indunaw u waqqfu lir-raġel talli kien għadu kif wettaq kontravenzjoni.
Iżda l-mod kif ir-raġel beda jaġixxi kien suspettuż u kien għal din ir-raġuni li l-Pulizija, mid-Distrett tal-Belt Valletta, wettqu tfittxija fuq ir-raġel u fil-karozza tiegħu nstabet id-droga u oġġetti relatati mad-droga. Instabu xi affarijiet ġor-residenza tiegħu ukoll.
Ir-raġel għandu 39 sena u huwa residenti l-Floriana. Mas-sejba ġie arrestat immedjatament u nżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

